Carmela Spiteri, mara Maltija li ġiet rikoverata fl-Isptar ta’ Ismett f’Palermo saħqet li tinsab grata immens għall-impjegati u l-Isptar Taljan, għaliex salvawha.
Carmela Spiteri iddaħlet fl-Isptar Mater Dei fejn bdiet tiġi rikoverata fl-emerġenza tal-istess sptar. Madankollu wara kumplikazzjoni fil-qalb, hi ttieħdet b’Ħelikopter lejn Sqallija biex hemm imbgħad segħat tiġi operata f’qalbha fl-Isptar Ismett .
Hi saħqet li grazzi għal professuri, l-infermiera u l-istaff kollhu li regħat ħadet ħajjitha lura, anke għaliex saħqet li din ma’ kinitx operazzjoni faċli.
Il-Professur Sergio Sciacca saħaq li mal-wasla ta’ Spiteri huma ħaduhab mill-ewwel fit-teatru tal-operazzjoni sabiex ikunu jistgħu minnufih jibdew joperaw. Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li assistewh saħaq li din kienet operazzjoni “kkumplikata mmens” u li jinsab ferħan li l-pazjenta Maltija tinsab f’saħħtiha.
//= $special ?>