Lokali

Gvern ġdid Nazzjonalista jinvesti f’Għawdex u l-Għawdxin

Kompliet il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista fil-gżira ta’ Għawdex, hekk kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qatta’ il-jum tas-Sibt jitkellem ma’ bosta Għadxin.

Il-ħidma f’Għawdex bdiet b’laqgħa mal-Kumitat Reġjonali tal-Partit Nazzjonalista f’Għawdex li saret fil-Headquarters tal-Partit Nazzjonalista fis-Sannat, fejn fost oħrajn tkellmu dwar il-viżjoni li l-Partit Nazzjonalista għandu għal Għawdex.

Wara din il-laqgħa, Bernard Grech li kien akkumpanjat mis-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino u x-Shadow Minister Alex Borg qatta’ l-wara nofsinhar fir-Rabat fejn żar żewġ stabilimenti kummerċjali fejn tkellem ma dawk preżenti kif ukoll mal-maniġers ta’ dawn l-istabilimenti dwar il-kisbiet u l-isfidi kummerċjali u ekonomiċi.

F’ġurnata mimlija attivitajiet u kuntat mal-Gaħwdxin, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar ukoll il-Bażilika ta’ San Gorg, fejn l-Arċipriet Joseph Curmi spjega lil Bernard Grech kif ftit tal-ġimgħat ilu tlesta ‘l-proġett bejn żewġ Ġublewijiet li kien ingħata bidu madwar 22 sena ilu.

L-Arċipriet stqarr li għal bosta snin il-kappella, baqgħet titgawda fuq il-ġebla Maltija tal-Franka, pero permezz ta’ ħidma konġunta din il-bażilika nbidlt fi ġnien spiritwali grazzi għall mużajk b’istil biżantin.

    Tard wara nofsinhar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar, il-kumpless Gozitano fix-Xewkija, fejn jinbiegħu varjeta ta prodotti fosthom frott u ħaxix frisk, ħwawar u legumi fost oħrajn.

    Intant, il-Ħadd il-Kap tal-Partit Nazzjonalista se jkompli jiltaqgħa mal-Gaħwdxi waqt l-attivita pollitika li  se ssir fil-Grand Hotel, Għajnsielem Għawdex