L-emendi l-ġodda li ressaq il-Gvern dwar l-Inkjesta Maġisterjali mhux biss qed ineħħu d-dritt taċ-ċitadini li jmorru għand Maġistrat però qed jitolbu wkoll li ċ-ċittadini jmorru għand il-Pulizija bil-provi huma stess. Dan minn bara l-fatt li issa min ikun investigat se jkun mgħarraf minn qabel.
Dan kien konfermat mill-Ministru tal-Ġustizzja Jonahtan Attard, waqt kollegament telefoniku ma’ Andrew Azzopardi fuq l-RTK, fejn qal li b’hekk qed jissalvagwardja l-proċess tal-ġustizzja.
Bil-Ministru bi kliemu stess jerġa’ jimplika li m’għandux fiduċja fil-Qrati u l-Maġistrati li għal tant snin imxew b’integrità.
U wara li disa’ għaqdiet ingħaqdu aktar kmieni din il-ġimgħa quddiem il-Parlament, sabiex il-Gvern joħroġ white-paper għad-diskussjoni, il-Ministru Attard iddefenda l-mossa li għamel il-Gvern meta kompletament injora l-proposti tal-Partit Nazzjonalista għal-liġi tal-Anti-SLAPP.
Minn naħa tiegħu x-Shadow Minister Karol Aquilina, meta mistoqsi dwar l-emendi fil-liġi tal-Inkjesta Maġisterjali, qal li l-Gvern ta’ Abela qed jipproponi liġi oxxena sempliċiment biex jiddefendi lil dawk ta’ madwaru speċjalment lill-Ministru Cint Camilleri
Aquilina fakkar kif il-Pulizija m’għamlu xejn dwar l-ikbar skandli tal-Gvern li jinvolvu l-politiċi tal-Gvern fosthom dwar il-kumpanija 17 Black ta’ Yorgen Fenech fejn issa skoprejna li l-kap tal-FCID Raymond Aquilina kien qed jixxaħħam minn Yorgen Fench stess. Għalhekk dejjem tonqos il-fiduċja fil-Korp tal-Pulizija.
Karol Aquilina mill-ġdid stqarr li kull forma ta’ kritika li ssir lejn il-Pulzija hija dejjem indirizzata lill-Kummissarju Angelo Gafà, il-magħżul ta’ Robert Abela u mhux lejn l-Uffiċjali tal-Pulizija.
Ix-Shadow Minister madanakollu kkjarifika li d-dritt taċ-ċittadin li jiftaħ Inkjesta Maġistrjali m’għandu jitneħħa qatt, ikun min ikun il-Kummissarju tal-Pulizija.
Karol Aquilina temm jgħid li Jonathan Attard flimkien mal-kumplament tal-Kabinett ta’ Abela qed jisfiduċjaw lil Magistrati ta’ pajjiżna.
//= $special ?>