29,500.
Dan huwa l-ammont ta’ persuni li rrikorew għas-Soup Kitchen fis-sena 2024.
Biex b’hekk fi 12-il xahar, is-soup kitchen serviet 88,500 ikla ta’ nofinhar u 28,100 lunch ippakjat. Mhux hekk biss iżda 112 il-viżitatur irnexxilhom isibu impjieg grazzi għall-assistenza tas-soup kitchen.
Is-soup kitchen tagħmel mirakli kbar grazzi għal voluntiera li jaħdmu magħha hekk kif huwa stmat li 7 voluntiera jaħdmu bħala membru tal-bord u 85 voluntier ieħor huwa helper.
Barra minn hekk persuna waħda taħdem fuq bażi full-time u persuna oħra biss taħdem fuq bażi part-time.
Flimkien mal-voluntiera is-Soup Kitchen tiddependi ħafna wkoll fuq id-donazzjonijiet li jsiru. Matul is-sena 2024 id-donazzjonijiet ġew minn 66 kumpanija, 1160 individwu kif ukoll minn numru ta’ visti minn skejjel u Youth Centres, li lkoll kienu ta’ sostenn biex is-soup kitchen irnexxilha tipprovdi ikel lil dawn il-persuni li ma għandomx biżejjed flus biex jittrejqu.
Ta’ min ifakkar ukoll li s-Soup Kitchen tofri servizzi oħra grazzi għal Avukat, żewġ infermiera, Social Worker u barbier li joffri servizzi utli biex dawk li jirrikoru għas-soup Kitchen ikollhom ħajja b’dinjita.
Inkwetanti l-fatt li n-nies li rrekorew għand is-soup kitchen għax ma ghandhomx biżejjed flus biex jiklu kompla jiżdied matul is-sena 2024,dan hekk kif fis-sena 2023 kien stmat li s-soup kitchen serviet 27,000 perusna…biż-żieda tammonta għal 2,500 persuna.
Is-soup Kitchen OFM Valletta fetħet il-bibien tagħha fil-25 ta’ Awwissu, 2021 u tofri diversi servizzi lill hinn minn ikel.
//= $special ?>