Kważi ġimgħatejn wara li waqaf il-ġlied bejn Iżrael u l-Hamas, il-Hamas ħelsu tliet aktar ostaġġi Iżraeljani, Yarden Bibas, Ofer Kalderon u Keith Siegel, li huwa Iżraeljan-Amerikan.
Minn naħa tagħhom l-Iżraeljani ħelsu mill ħabsijiet Iżraeljani aktar minn 180 priġunieri Palestinjani, li ftit minnhom kienu kkundanati għal għomor fil-ħabs.
Din hija r-raba’ darba li ż-żewġt naħat ħeslu l-ostaġġi. S’issa, 18-il ostaġġ Iżraeljan kien meħlus waqt li 97 għadhom nieqsa b’Iżrael jgħid li 44 minnhom biss għadhom ħajjin.
Intant, il-fruntiera ta’ Rafah, reġgħet infetħet wara 8 xhur, hekk kif l-ewwel grupp ta’ Palestinjani feruti ġew evakwati lejn l-Eġittu.
Minbarra hekk, wara li l-forzi Iżraeljani waqfu jibblokkaw ir-rotta bejn in-nofsinhar u t-tramuntana ta’ Gaza, ħafna Palestinjani fl-aħħar ġimgħa setgħu jirritornaw lura lejn it-tramuntana fejn kienu joqgħodu.
Iżda s-sitwazzjoni fir-reġjun ta’ Gaza għada waħda katastrofika, hekk kif ħafna mill-binjiet huma mġarrfin, u għalhekk kienu ftit il-Palestinjani li reġgħu marru lura lejn in-nofsinhar.
Intant f’Iżrael hemm ħafna tensjoni dwar l-iskambju, hekk kif ħafna għadhom disillużi bil-fatt li ħafna Palestinjani ġew meħlusa għal ftit Iżraeljani biss.
Tant hu hekk li l-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Itamar Ben-Gvir irreżenja minħabba l-ftehim, u qal li kien konċernat ħafna li dawk li sejjaħ bħala “terroristi” ġew liberati.
//= $special ?>