Internazzjonali

L-Istati Uniti timponi tariffi ġodda fiċ-Ċina, il-Messiku u l-Kanada

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li se jimponi tariffi ġodda ta’ 25% fuq il-Kanada u l-Messiku, u ta’ 10% fuq iċ-Ċina.

Hu qal li t-tariffi fuq il-Kanada u l-Messiku qed jiġu imposti biex jirrispondu għall-ammont kbir ta’ immigranti illegali li daħlu fl-Istati Uniti. Minbarra hekk, il-President Donals Trump qal li qed jippjana biex jimponi tariffi fuq l-Unjoni Ewropea fil-futur, minħabba li l-UE ma ttratatx l-Istati Uniti sew.

Is-Segretarja tal-Kommunikazzjoni tal-White House, Karoline Leavitt żiedet li t-tariffi fuq il-Kanada u l-Messiku ġew imposti minħabba l-ammont kbir ta’ droga illegali li daħlu fil-pajjiż minn dawn il-frunitieri, li qatlu milljuni.

Waqt l-kampanja elettorali Trump kien qal li ried jimponi tariffi fuq iċ-Ċina ta’ kważi 60%, iżda s’issa ma ordnax din l-azzjoni – minflok hu ordna sabiex din is-sitwazzjoni tiġi studjata mill-amministrazzjoni tiegħu.

Dawn it-tliet pajjiżi flimkien jammontaw għall 40% tal-importazzjoni tal-kummerċ fl l-Istati Uniti.

Intant, il-Kanada u l-Messiku qalu li se jirrispondu wkoll, dan filwaqt li qalu li se jieħdu azzjonijiet biex isolvu l-problemi li qed jitfaċċaw fuq il-fruntieri bejniethom u l-Istati Uniti.