Liverpool jibqgħu jirbħu minkejja li lagħbu kontra l-aktar tim li jinsab fil-forma, Bournemouth meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0. Żewġ gowls skorjati mill-Eġizzjan Mohamed Salah, l-ewwel permezz ta’ penalty man-nofsiegħa logħob mbagħad issiġilla r-rebħa b’konklużjoni mill-isbaħ fil-75 minuta.
Nottingham Forest battew għat-telfa ta’ 5-0 li sofrew il-ġimgħa li għaddiet meta għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 7-0. Chris Wood skorja hat-trick bil-gowls jaslu fit-32, 64 u penalty fid-69 minuta. Il-gowls l-oħra waslu permezz ta’ awto-gowl ta’ Lewis Dunk u gowl kull wieħed għal Morgan Gibbs-White, Neco Williams u Jota Silva.
Everton ikomplu jirbħu taħt il-gwida ta’ David Moyes meta għelbu lil Leicester City 4-0. Żewġ gowls fl-ewwel sitt minuti permezz ta’ Abdoulaye Doucoure u Beto, bl-istess Beto jagħmilhom 3-0 qabel il-mistrieħ. Lejn it-tmiem kien Iliman Ndiaye li kompla jkabbar l-iskor għal 4-0.
Rebħa rari għal Southampton meta barra minn darhom għelbu lil Ipswich Town 2-1. Joe Aribo poġġa lis-Saints fil-vantaġġ wara 21 minuta. Liam Delap għamel l-iskor indaqs fil-31 minuta qabel ma Paul Onuachu lejn it-tmiem skorja l-gowl deċiżiv għal Southampton.
Rebħa wkoll importanti għal Fulham meta barra minn darhom għelbu lil Newcastle 2-1. Jacob Murphy poġġa lill-Magpies fil-vantaġġ fis-37 minuta. Ir-rimonta ta’ Fulham bdiet fil-61 minuta permezz ta’ Raul Jimenez qabel ma Rodrigo Muniz skorja l-gowl tar-rebħa.
Wolves għelbu lil Aston Villa 2-0 biex b’hekk komplew jitbiegħdu miż-żona tar-relegazzjoni. Jean-Ricner Bellegarde poġġa lil Wolves fil-vantaġġ wara 12-il minuta. Lejn it-tmiem kien Matheus Cunho li għamilhom 2-0.
//= $special ?>