Lokali

Raġel ta’ 59 sena involut f’inċident bil-mutur fil-Gżira

Raġel ta’ 59 sena mill-Fgura ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Triq Rue d’Argens l-Ġżira

Kelliem għall-Korp tal-Pulizija qal lil NetNews li minn informazzjoni preliminari ir-raġel tilef il-kontroll tal-mutur b’konsegwenza li ħabat ma’ Karozza ta’ tip Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 30 sena minn Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ siegħa neqsin kwart tas-Sibt wara nofsinhar.

Fuq l-post wasslu l-puluzija kif ukoll ambulanza li ħadet Is-sewwieq tal-mutut l-Isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni tal-persuna involuta għadha mhix magħrufa.