SLIEMA ASC…………………. 13
VK LJUBLJANA SLOVAN…… 2
(2-0), (5-1), (2-1), (4-0)
Iċ-champions lokali Sliema ssiġillaw il-kwalifikazzjoni għas-semifinali taċ-Challenger Cup organizzata mill-European Aquatics b’rebħa oħra konvinċenti ta’ 13-2 kontra VK Ljubljana Slovan. B’hekk komplew jiktbu l-istorja f’dawk li huma xhur li se jibqgħu mnaqqxa fl-istorja prestiġjuża tal-klabb.
Andreas Galea u Elijah Schembri skorjaw fl-aħħar parti tal-ewwel sessjoni u wittew it-triq għar-rebħa Slimiża. Huma komplew jibnu vantaġġ komdu fit-tieni sessjoni u mas-sitt gowl konsekuttiv kienu prattikament altru milli serrħu rashom, konxji mir-rebħa ta’ 15-8 ġimagħtejn ilu.
It-tim ta’ Giannis Katrouzanakis kompla jikkontrolla l-logħba fit-tielet sessjoni b’Sam Engerer u Liam Galea kabbru l-vantaġġ għal 9-1 qabel Florijan Policnik naqqas id-distakk parzjalment. Il-festa Slimiża kompliet fl-aħħar sessjoni b’doppjetta ta’ Dino Zammit u gowls ta’ Liam Galea u Andreas Galea.
Sliema: Z. Dzanovic, E. Schembri (1), L. Galea (3), J. Gambin, J. Chircop, B. Cachia, J. Cassar, D. Rizzo, J. Brownrigg (2), A. Galea (2), S. Engerer (2), D. Zammit (3), B. Busuttil
VK Ljubljana Slovan: J. Beton, R. Vukovic, M. Canc, E. Potocnik, N. Ziberna, M. Lipnik, A. Povhe, B. Kirasic, J. Carni, J. Klobucar, F. Policnik (2), M. Petrovcic, G. Karnicar
Referees: Ali Tufan Cakirgil (Turkija), R. Garcia (Żvizzera)
//= $special ?>