Internazzjonali

Traġedja oħra tal-ajru fl-Istati Uniti tħalli sitt vittmi

Fl-Istati Uniti seħħ inċident traġiku ieħor tal-avjazzjoni fil-Grigal ta’ Philadelphia, fejn sitt persuni tilfu ħajjithom.

Dan hekk kif ajruplan li kien qed iservi bħala Air Ambulance, iġġarraf ftit wara li telaq mill-ajruport.

L-ajruplan kien qed iwassal tifla – illi kienet pazjenta – lura lejn il-Messiku, flimkien ma ommha u erba’ persuni oħrajn: it-tabib,il-paramediku, il-bdot, u l-ko-pilota. Is-sitt individwi abbord kienu kollha ċittadini Messikani.

L-ajruplan iġġarraf għall-ħabta tas-6.30 p.m. ħin lokali ħdejn ir-Roosevelt Mall.

Xhieda irrappurtaw li l-ajruplan baqa’ nieżel f’zona residenzjali u sploda mal-impatt – tant illi nbidel f’ballun enormi tan-nar.