Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky akkuża li r-Russja attakkat b’mod intenzjonat skola fil-belt ta’ Sudzha, f’Kursk, fejn nies ċivili kienu qed jistkennu u jippreparaw biex jevakwaw.
L-armata Ukrena qalu li f’dan l-attakk mietu erba’ persuni u ndarbu għexieren ta’ nies, fosthom anzjani.
Intant, aktar minn 80 persuna huma rrapurtati li salvaw.
Il-President Zelensky qal li dan l-attakk juri li r-Russja hija stat bla ċiviltà, u l-attakk sar b’bomba mmexxija mill-ajru li deliberatament qerdet din il-binja mimlija b’nies ċivili.
Min-naħa tagħha, ir-Russja ċaħdet dawn l-akkużi u sostniet li dan kien attakk li sar mill-Ukrajna.
Madankollu, parti mir-reġjun ta’ Kursk ilu fil-kontroll tal-Ukreni għal ħames xhur.
//= $special ?>