Colin Schembri
Athleta…………………46
Starlites JSD…………76
(6-31)(7-19)(17-14)(16-12)
Starlites JSD kisbu rebħa komda fuq Athleta 74-46 biex saħħew it-tielet post tal-klassifika. Imexxija tajjeb mill-Amerikana Makaila Napoleon flimkien ma’ Michela Zammit Cordina u Mikela Riolo, Starlites kienu fuq quddiem tul il-partita kolla. Huma ddominaw partikolarment l-ewwel sessjoni fejn ħallew lill-Athleta fuq sitt punti biss. Wara żewġ baskets fuq kull naħa, Starlites għamlu run ta’ 19-0 b’diversi punti minn Napoleon flimkien ma’ Christina Curmi u M. Riolo b’Philippa Riolo tagħmel trippa. Athlet waqqfulhom ir-run b’basket ta’ Kennedi Williams però Starlites għamlu 8 punti oħra kollha minn Zammit Cordina fosthom żewġ trippli għal skor ta’ 31-6. L-andament tal-partita baqa’ l-istess fit-tieni sessjoni fejn kien hemm run oħra minn Starlites ta’ 15-0 bi trippli minn Curmi u Zammit Cordina. Williams wieġbet bi trippla għall-Athleta però fl-intervall Starlites kienu 50-13 minn fuq.
It-tielet sessjoni fetħet b’aktar punti minn Starlites fosthom trippla ta’ Sasha Lecuyer. Athleta kisbu break qasir ta’ 7-2 bil-punti ta’ Francesca Sant u Williams. Ir-risposta ta’ Starlitres ġiet minn idejn Napoleon fimkien ma’ trippla ta’ Zammit Cordina għal skor ta’ 30-64. L-aħħar taqsima kienet aktar favorevoli għall-Athleta bi Starlites ikollhom il-players ta’ fuq il-bank. Huma kellhom il-punti ta’ Kaya Abela, Anthea Micallef u Williams. Starlites kellhom żewġ trippli minn M. Riolo biex huma rebħu l-partita 74-46.
Athleta: K. Williams 15, B. Agius 4, M. Ferrante, N. Vella 6, M. Cassar Pickard, F. Sant 5, A. Micallef 4, J. Cipriott 2, Ke. Abela, C. Caruana 4, Ka. Abela 4, L. Camilleri 2.
Starlites JSD: S. Lecuyer 8, M. Riolo 12, L. Zammit, P. Riolo 3, M. Zammit Cordina, S. Tabone, A. Lupo 2, M. Napoleon 18, F. Vella, E. Degiorgio 5, C. Curmi 5, Y. Bonett 4.
Referees: Nicky Azzopardi, Andre Attard.
Caffè Moak Luxol………66
Betsson Depiro………….80
(10-25)(18-17)(22-16)(16-22)
Il-konfront mistenni bejn Caffè Moak Luxol u Bettson Depiro mar favur it-team immexxi minn Julian Naudi hekk kif Depiro rebħu l-partita 80-66 biex pattew għat-telfa li ġarrbu fl-ewwel round u sal-lum baqgħet l-unika telfa fil-kampjonat. Depiro kienu fuq quddiem tul il-partita kollha għajr għal-ewwel ftit minuti meta kellhom il-punti minn Lisa Fenech Pace, Vanya Baldacchino u Brandi Huffhines. Depiro għamlu run ta’ 17-2 bi trippli minn Julia Borg u Janai Crooms. Wara risposta minn Luxol minn Huffhines li però kienet immarkata strettament, Depiro għalqu bi trippla oħra ta’ Borg għal skor ta’ 25-10. Fit-tieni taqsima Depiro kabbru l-vantaġġ b’basket ta’ Leanne Sciberras u trippla ta’ Nicole Agius. Luxol wieġbu b’sitt punti konsekuttivi però punti ta’ Crooms ħallew lil Depiro 14 minn fuq sal-ħames minuta. Depir baqgħu jiddefendu tajjeb u kien biss fl-aħħar minuta li Huffhines irnexxielha tagħmel l-ewwel trippla tagħha biex fl-intervall Depiro kienu 42-28 minn fuq.
Fit-tielet sessjoni Luxol ippruvaw inaqqsu d-distakk u rnexxielhom jagħmlu break qasir ta’ 6-1 però Depiro kellhom risposta mmedjata permezz ta’ Sciberras, Crooms u Kristy Galea. Trippla ta’ Huffhines bdiet run oħra qasira ta’ 7-0 minn Luxol biex id-distakk niżel għal seba’ punti 44-51.Baskets fuq kull naħa flimkien ma’ trippla ta’ Galea temmew it-taqsima fuq skor ta’ 58-50 favur Depiro. L-aħħar perjodu fetaħ bi trippla ta’ Agius biex Depiro komplew bi break ta’ 7-1 u reġgħu ħadu vantaġġ b’figuri doppji 70-55. Huffhines u Lisa Fenech Pace bi trippla wieġbu għal Luxol però Galea wieġbet bi trippla fl-attakk ta’ wara u punti minn Crooms raw lil Depiro jserrħu rashom mir-riżultat u joħorġu rebbieħa 80-66.
Caffè Moak Luxol: G. Carabott, L. Fenech Pace 10, M. Marmara, N. Vella 2, E. Abela, S. Fenech Pace 11, J. Diaby 6, B. Huffhines 19, V. Baldacchino 3, R. Fenech Pace, R. Naudi, A. Fenech Pace 15.
Betsson Depiro: Ni. Agius 7, J. Borg Xerri 1, L. Sciberras 6, No. Agius, C. Ciantar 12, J. Borg 13, M. Micallef, N. Borg, K. Galea 14, J. Borg Cardona, H. Farag, J. Crooms 27.
Referees: Miguel De Flavia, Wendell Lin.
Valletta Lioneses…..48
Hibernians…………….61
(5-15)(12-15)(20-15)(11-16)
Hibernians ħadu s-sitt rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Valletta 61-48 però kellhom jistennew sa’ tard fir-raba’ taqsima biex jaċċertaw ruħhom mir-rebħa. Valletta kellhom 29 punt u 25 rebound għal Olesia Malashenko u kien hemm ukoll double double għal Ashiala Jackson u Julija Dabic ta’ Hibernians. Il-partita kellha bidu kwiet tant li sar-raba’ minuta kienu saru biss 10 punti bil-Hibs fuq quddiem 6-4 wara baskets minn Julija Dabic u Ashiala Jackson. Sarah Kankaras u Alexandra Nikoishina kisbu l-punti ta’ Valletta f’dawn l-ewwel minuti għalkemm kien hemm ukoll diversi turnovers. Sa’ tmiem it-taqsima, Hibs irnexxielhom jagħmlu seba’ punti oħra fosthom trippla ta’ Jasmine Abela għal skor ta’ 15-5. Hibs komplew b’sitt punti oħra fil-ftuħ tat-tieni sessjoni minn Maria Bonett, Dabic u Jackson. Ir-risposta ta’ Valletta ġiet bi break ta’ 7-2 bil-punti ta’ Hayley Grixti u Olesia Malashenko però Jackson u Steffi De Martino wieġbu għal Hibs. It-taqsima għalqet b’punti minn Kankaras u Marie Buhagiar għal skor ta’ 30-17 favur il-Pawlisti.
Valletta fetħu tajjeb fit-tielet taqsima b’żewġ trippli konsekuttivi ta’ Malashenko. Wara risposta ta’ Hibs minn Bonett u Dabic, Valletta Malashenko għamlet seba’ punti oħra biex naqqset id-distakk għal tlett punti 30-33. Hibs irnexxielhom jagħmlu run ta’ 10-3 fl-aħħar tlett minuti għal skor ta’ 45-37. L-aħħar taqsima rat lil Valletta jagħmlu sforz ieħor hekk kif bdew b’żewġ baskets minn Nicole Caruana u ieħor ta’ Malashenko biex waslu sa’ basket ‘l bogħod 43-45. Għal xi ħin iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin però minn nofs is-sessjoni ‘l quddiem, Hibs għamlu run ta’ 13-3 bi trippli ta’ De Martino u Kaya Calleja biex temmew it-tamiet ta’ Valletta u rebħu l-partita 61-48
Valletta: A. Parnis, S. Abugrin 1, N. Caruana 6, A. Caballero, M. Mifsud, A. Nikishina 2, H. Grixti 4, T. Nikishina, S. Kankaras 6, O. Malashenko 29.
Hibernians: M. Buhagiar 2, S. Vella 2, E. Cassar, A. Saliba 3, J. Abela 3, M. Bonett 5, S. De Martino 11, K. Calleja 6, N. Farrugia, A. Jackson 13, K. Caruana, J. Dabic 16.
Referees: Gordon Barbara, Wendell Lim
//= $special ?>

