Basketball Sport

Kampjonat BOV irġiel: Sigma Depiro fir-raba’ post wara rebħa mportanti

(Ritratt: Elton Sant)

Colin Schembri

Valletta Lions…………………..76

Starlites JSD……………………94

(23-23)(13-27)(17-20)(23-24)

Ic-champions Starlites JSD irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Valletta Lions 94-76. Sa’ tmiem l-ewwel sessjoni kien hemm bilanċ bejn it-teamijiet però mall-ħin Starlites bdew jinqatgħu fuq quddiem u żammew il-kontroll tul il-partita kolha. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn il-punti bdew ġejjin regolarment bi Starlites ikollhom l-ewwel trippla minn Ben Curran.Starlites marru 11-5 minn fuq wara punti minn Trevon Reddish u Curran però Valletta ġew lura bil-punti tal-Amerikan Myles Carter. Curran u Reddish komplew jiksbu l-punti ta’ Starlites qabel ma Valletta kellhom trippla minn Eric Terry. Għal xi ħin kien hemm distakk ta’ erba’ punti bejn iż-żewġ timijiet però Valletta rnexxielhom jinnewtrallizawh sa’ tmiem il-perjodu grazzi għal Carter biex it-taqsima għalqet f’parita ta’ 23-23. Starlites fetħu l-aħjar fit-tieni perjodu fejn wara li Carter poġġa lil Valletta minn fuq, huma għamlu run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Matthew Scerri. Carter waqqafhom bi trippla però Starlites komplew b’seba’ punti oħra mingħajr risposta b’Scerri jagħmel it-tieni trippla tiegħhu. Valletta naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Nikola Vasovic u Terry iżda 5 punti minn Reddish fosthom trippla raw lil Starlites jidħlu fuq quddiem fil-halftime 50-36.

Fit-tielet sessjoni, wara basket minn Stelmach għal Valletta, Starlites komplew ikabbru l-vantaġġ bi trippla ta’ Ian Felice Pace u komplew b’run ta’ 10-0 b’żewġ three pointers minn Scerri għal skor ta’ 65-44. Valletta ppruivaw jirkupraw u kellhom it-trippli minn Vasovic u Carter però sensiela ta’ turnovers għenu lil Starlites iżommu vantaġġ ta’ 17 –il punt 53-70. Fl-aħħar sessjoni, id-dominju ta’ Starlites baqa’ evidenti speċjalment wara run ta’ 13-4 bi trippla ta’ Xuereb u l-punti ta’ Reddish u Felice Pace. Valletta naqqsu xi ftit id-distakk b’disa’ punti mingħajr risposta kollha minn Carter però dawn servew biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabli hekk kif Starlites għalqu l-partita b’basket ta’ Luca Riolo u ħarġu rebbieħa 94-76.

Valletta Lions: N. Grech, F. Mifsud Bonnici 2, N. Da Silva, M. Carter 31, P. Stelmach 10, S. Hamparsoumian 3, D. Schembri, J, Camilleri, N. Vasovic 12, S. Vincic, E. Terry 8.

Starlites JSD: B. Curran 17, S. Aquilina, A. Aquilina, K. Fabri 2, I. Felice Pace 7, M. Fabri 3, L. Riolo 2, M. Scerri 16, C. Paul 12, K. Xuereb 5, N. Sultana, T. Reddish 30.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Nicky Azzopardi

Luxol Sherries Estates……..75

Sigma Depiro………………….84

(8-27)(25-13)(21-23)(21-21)

Pass importanti għal Sigma Depiro fil-ġlieda tagħhom għal post fil-play-offs meta għelbu lil Luxol Sherries Estates 75-84. Huma kellhom il-wirja stupenda tal-Amerikan Brandon Porter bi 42 punt fejn kellhu persentaġġ ta’ 100% fil-baskets meta għamel 13 minn 13 –il tentattiv. Għal Luxol seta’ finalment jagħmel id-debutt tiegħhu il-player mill-Bosnija Nikola Djakovic li huma rreġistraw magħhom f’Jannar. Depiro kellhom bidu stupend meta għal ħin twil ħallew lil Luxol mingħajr l-ebda punt. Fil-fatt kellhom jagħddu 5 minuti biex Caleb Mccrary għamel l-ewwel basket tagħhom. Sa’ dak il-ħin, Depiro kienu diġa għamlu 15 –il punt fosthom trippli minn Nikola Bozovic u Sean Galea flimkien mal-Amerikan Brandon Porter. Wara baskets oħra minn Nathan Xuereb u Mccrary għal Luxol, Depiro għamlu run oħra ta’ 8-0 bi trippla ta’ Porter u temmew l-ewwel sessjoni 27-8 minn fuq. Fit-tieni perjodu, daħal aktar fix-xena Djakovic li għamel tlett trippli u Luxol bdew javviċinaw lejn l-avversarji. Bozovic wieġeb għal Depiro però Luxol komplew jirkupraw u għalqu t-taqsima bi break ta’ 11-2 bill-punti ta’ Darron Howard, Adam Azzopardi u Djakovic biex fl-intervall il-vantaġġ ta’ Depiro niżel għal seba’ punti 33-40. 

Id-distakk ta’ seba’ punti spiċċa wara l-ewwel żewġ minuti tat-tielet taqsima hekk kif trippla ta’ Xuereb u punti minn Mccrary u Azzopardi għamlu l-iskor indaqs 40-40. Depiro reġgħu irkupraw u għaqqdu run ta’ 12-2 bi trippla ta’ Miguel Brincat u aktar punti minn Porter u Bozovic. Għalkemm Luxol kellhom il-punti ta’ Howard fosthom trippla, Depiro rnexxielhom li jerġgħu jiftħu vantaġġ ta’ disa’ punti fi tmiem it-tielet taqsima  63-54. Fl-aħħar perjodu kien hemm sforz ieħor minn Luxol speċjalment minn Howard u Xuereb però l-aktar li resqu viċin kien 10 punti għaliex Porter u Brincat bi trippla kienu pronti jwieġbu għal Depiro. Luxol għamlu l-aħħar run tagħhom ta’ 8-0 però l-ħin kien kontrijhom u free-throws ta’ Porter għalqu l-partita favur id-Depiro li b’hekk telgħu waħedhom fir-raba’ post tal-klassifika.

.

Luxol Sherries Estates: D. Howard 23, A. Azzopardi 13, I. Azzopardi, V. Jandric , JP Schembri 1, N. Xuereb 16,M. Vassallo Pulis, N. Bukva, C. Jones Mccrary 8, M. Matijevic, S. Cappello, N. Djakovic 14.

Sigma Depiro: S. Galea 5, D. Bugeja 4, N. Bozovic 14, N. Zivkovic, L. Stefanovic, A. Trapani, D. Tomasi , B. Porter 42, M. Brincat 9, C. Cornelius 10, M. Debattista 3.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Nestor Rincon, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Athleta AtoZ………..79

Hibernians…………104

(17-30)(13-18)(23-37)(26-19)

Hibernians kisbu rebħa oħra fi triqthom lejn il-play-offs wara li għelbu lil Athleta AtoZ 104-79. Il-Pawlisti kieu fil-kontroll tul il-partita kollha fejn saħansitra kellhom vantaġġ massimu ta’ 37 punt fit-tielet taqsima. Athleta kienu mingħajr Gabriel Cassar fil-waqt li Hibs kellhom nieqes lil Miguel Mallia. Wara bidu bilanċjat bi trippla fuq kull naħa minn Caleb Matthews u Matthew Attard, Hibs għamlu run ta’ 14-2. Huma kellhom it-trippli ta’ M. Attard u Derek Brown flimkien ma’ Tederick Wolfe u Ivan Demcesen. Athleta wieġbu permezz ta’ Matthews u Kurt James però Demcesen għalaq it-taqsima favur Hibs fuq skor ta’ 30-17. Fit-tieni perjodu, Athleta kellhom trippla ta’ Juan Cefai minkejja li sofrew run oħra kontrijhom ta’ 10-3 bi tlett baskets minn Neil Cassar. Wara punti minn Matthews, kien hemm ir-risposta ta’ Hibs minn Demcesen u Wolfe qabel ma Athleta għalqu b’żewġ trippli minn James u Cefai għal skor ta’ 30-48.

Hibs tista tgħid assiguraw ruħhom mir-rebħa wara l-intervall. Huma bdew bi break qawwi ta’ 19-4 maqsum kollhu bejn Wolfe, Demcesen u Brown ħafna minnhom minn fast breaks. James u Luca Borg bi trippla wieġbu għall-Athleta qabel ma Hibs għamlu run oħra ta’ 10-2 li tathom l-akbar vantaġġ fil-partita 79-42. Athleta kellhom trippla minn Isaac Xuereb flimkien mal-punti ta’ Matthews u Amoafo qabel ma Gouder għalaq it-taqsima bi trippla fuq skor ta’ 85-53. Fl-aħħar sessjoni l-coach ta’ Hibs ħalla lill-Amerikani fuq il-bank flimkien ma’ players oħra regolari. Dan għen lill-Athleta li jsibu l-basket b’aktar frekwenza fosthom b’run ta’ 11-3 bi trippla ta’ Andrej Bozanic. Hibs kellhom il-punti minn Neil Cassar u Teo Gjurovski bl-istess Cassar jagħlaq il-partita bi trippla għar-rebħa tal-Hibs 104-79.

Athleta AtoZ: K. Fabri, R. Vitale, A. Garcia, C. Matthews 19, I. Xuereb 4, E. Abela, K. James 21, M. Farrugia 2, A. Bozanic 8, L. Borg 6, J. Cefai 6, M. Amoafo 13.

Hibernians:  N. Cassar 13, T. Wolfe 22, D. Brown 19, P. Attard 2, L. Attard, L. Farrugia 5, A. Axiaq 5, M. Gouder 10, M. Attard 10, T. Gjurovski 2, I. Demcesen 16, S. Simic.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi.