L-aħħar survey tal-MaltaToday li ħareġ illum juri li jekk issir elezzjoni issa, il-PN jikseb 47% tal-voti filwaqt li l-Labour iġib 41%. Biċ-ċifri juru li f’Għawdex il-PN reġa’ għandu l-maġġoranza.
Dan l-istħarriġ ikompli jibni fuq diversi surveys li saru fl-aħħar sitt xhur, u li qed juru trend pożittiva u kostanti kemm għall-PN u anke għal Bernard Grech.
Fil-fatt, taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech, il-PN irnexxielu jikseb it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew filwaqt li rebaħ lura numru ta’ Kunsilli Lokali. Dan filwaqt li fil-Parlament kompla jżid il-pressjoni fuq il-Gvern sabiex titħares il-governanza tajba.
Apparti minn hekk, il-PN kompla joħroġ aktar proposti li huma ta’ ġid għan-nies: inkluż il-proposta li jiżdied il-leave tal-ġenituri, aktar tax credits għall-kumpaniji u li jinfirex aktar ir-remote working. Dawn, flimkien ma’ proposti oħrajn li jindirizzaw l-għoli tal-ħajja.
//= $special ?>