Lokali

Ankra li tmur lura għal żmien il-miġja ta’ San Pawl f’Malta

“Ħsibta skrun ta’ żmien il-gwerra…iżda skoprejt li kienet ankra ta’ xini li tmur lura għal żmien ir-Rumani.”

Hekk stqarr magħna Mark Gatt il-persuna li lura fl-2005, waqt li kien qed jogħdos, skopra biċċa minn ankra ta’ żmien ir-Rumani ftit il-barra mill-Bajja tas-Salini.

Minħabba li fuq l-istess ankra instabu miktubin il-ismijiet Isis u Sarapis, Allat Eġizzjani, hu mill-ewwel irrealizza li din l-ankra tista’ fil-fatt tkun l-ankra tax-xini li fis-sena 60 Wara Kristu inkalja minħabba maltempata fil-Gżejjer Maltin – ix-xini li kien qiegħed fuqu San Pawl bħala priġunier.

Mark Gatt saħaq li għalkemm ma tista’ qatt tkun ċert jekk fil-fatt din l-ankra hix l-ankra tax-xini li kien fih San Pawl, hu jemmen li hemm provi pjuttost b’saħħithom. Dan għaliex storikament x-xwieni li kienu jużaw ir-Rumani dak iż-żmien kienu xwieni Eġizzjani.

Gatt stqarr magħna wkoll li avviċinawh bosta kittieba storiċi minn madwar id-dinja – fosthom arkivista mill-Vatikan li stqarr miegħu kif il-Papa Benedittu XVI dak iż-żmien wera’ interess kbir f’din l-ankra storika minħabba li kien jemmen li hemm provi sostanzjali li jistgħu jkomplu jqawwu l-fidi li San Pawl verament kien il-bniedem li minħabba maltempata spiċċa inkalja fi gżiritna u ġab l-ewwel twemmin nisrani f’pajjiżna.

Matul is-snin Mark Gatt kiteb żewġ kotba u kif ukoll produċa dokumentarju fuq din is-sejba storika. Hu rringrazzja lil dawk kollha li matul is-snin għenuh fir-riċerka u fil-pubblikazzjonijet tiegħu. Hu

Fl-aħħar nett hu appella sabiex sejbiet bħal dawn jingħataw importanza kbira għaliex lejhom jiġbdu kemm devoti kif ukoll ammonti kbar turisti.