Il-kantanta Amerikana Beyoncé rebħet il-Premju għall-Aqwa Album tas-Sena waqt is-67 edizzjoni tal-Grammy Awards li saret f’Los Angeles (fl-Istati Uniti) matul il-lejl tal-Ħadd… Beyoncé, għal diversi snin, kienet ‘injorata’ għal dan il-premju prestiġjuż u meta hi esprimiet dan id-diżappunt proprju fil-lirika li tifforma parti minn dan l-album rebbieħ bl-isem “Cowboy Carter”.
Il-kantanta kisbet tlett premijiet minn fost 11-il-nominazzjoni għal Grammy u saret ukoll l-ewwel artista sewda li rebħet għall-Aħjar Album b’mużika Country.
Ir-‘rapper’ Kendrick Lamar, sadanittant, rebaħ f’ħames kategoriji ( l-akbar suċċess tas-serata), fosthom għall-Aħjar Kanzunetta tas-Sena (“Not Like Us”). Interessanti wkoll kien l-unur li ngħata lil Chappell Roan bħala ‘Best New Artist’ jew l-aktar wiċċ ġdid promettenti fix-xena mużikali.
//= $special ?>