Kurżitajiet

GRAMMYS: Suċċess storiku għal Beyonce bir-rebħ tal-unur ‘Album tas-Sena’

Il-Grammy Awards ta’ din is-sena ħadu xejra differenti, hekk kif is-serata tal-bieraħ kienet pjattaforma ideali sabiex jinġabru flus għal dawk kollha li ġew affettwati min-nirien ta’ Los Angeles.

Waqt il-Grammys, il-kantanta Beyonce rebħet l-award għall-album tas-sena. Fil-fatt, dan l-unur ingħata għall-album ‘Cowboy Carter’ – bit-tifla ta’ Beyonce tingħaqad magħha fuq il-palk meta telgħet biex tirċievi l-Grammy mingħand Taylor Swift.

Intant, ir-rapper Kendrick Lamar rebaħ mhux biss l-unur ‘Record of the Year’ għall-kanzunetta ‘Not Like Us’, iżda anke ‘Id-Diska tas-Sena’ għall-istess kanzunetta.

Il-Grammy għal ‘Best New Artist’ ingħata lil Chappell Roan. Dan filwaqt li Sabrina Carpenter rebħet ‘Best Pop Solo’ għall-kanzunetta ‘Espresso’ u ‘Best Pop Vocal Album’ għal ‘Short n’ Sweet’.