Lokali

AĠĠORNATA: Mara tittieħed l-Isptar Mater Dei wara ħabta bejn trakk u karozza

Mara kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Tal Bareani, fit-triq li twassal lejn iż-Żejtun – biswiet l-iskola ta’ Ħal Tarxien

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13:00 meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn trakk misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti San Pawl il-Baħar u Toyota Vitz misjuqa mill-vittma. Bl-impatt tal-ħabta l-karozza baqgħet dieħla f’siġra.

Ritratt: Catriel Farrugia

Fil-Post issejħu membri tas-CPD u tim mediku tal-ambulanza li ħadu lil mara l-Isptar Mater Dei għal kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.