Mara kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Tal Barani, fit-triq li twassal lejn iż-Żejtun – biswit l-iskola ta’ Ħal Tarxien
Il-każż seħħ għall-ħabta tas-13:00 meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn trakk misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti San Pawl il-Baħar u Toyota Vitz misjuqa mill-vittma. Bl-impatt tal-ħabta l-karozza baqgħet dieħla f’siġra.
Fil-Post issejħu membri tas-CPD u tim mediku tal-ambulanza li ħadu lil mara l-Isptar Mater Dei għal kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>