Lokali Qorti

Jammettu li ppruvaw jisirqu oġġetti minn karozzi pparkjati

Żewġt irġiel Ukreni ngħataw sentenza ta’ ħabs sospiża wara li ammettew li ppruvaw jisirqu oġġetti minn karozzi pparkjati f’San Pawl il-Baħar. Oleksander Fadieiv ta’ 41 sena ammetta wkoll li ta dettalji foloz lill-pulizija, filwaqt li Roman Sienco ta’ 34 sena ammetta li kien fis-sakra f’diversi toroq u għalhekk ma kienx kapaċi jieħu ħsieb tiegħu nniffsu.

It-tnejn ġew arrestati fi Triq It-Turisti wara tip off li ngħataw il-pulizija. Wieħed kien qed iżomm wiper tal-karozza li kienet qed jintuża biex tfarrak il-karozzi biex ikunu jistgħu jinfetħu. Il-Maġistrat Leonard Caruana ikkundanna lit-tnejn għal disa’ xhur ħabs sospiżi għal 13-il xahar u ordnathom iħallsu għad-danni fi żmien xahar. L-ispettur tal-Pulizija Warren Galea mexxa l-prosekuzzjoni. L-avukat Mark Mifsud Cutajar kien l-avukat difensur.