Futbol Sport

Joao Felix ma’ Milan, Aston Villa b’żewġ akkwisti fl-attakk u difensur

Fl-aħħar jum tas-suq tat-trasferimenti, l-attakkant Portugiż Joao Felix ssieħeb ma’ Milan fis-Serie A b’self sa tmiem l-istaġun mingħand Chelsea.

Juventus ukoll wettqu trasferiment mill-Premier League hekk kif akkwista lid-difensur ta’ Newcastle Lloyd Kelly b’self, b’obbliga li fis-sajf jissieħeb b’mod permanenti għas-somma ta’ £20 miljun.

Akkiwst interessanti minn Napoli hekk kif akkwista b’self lill-attakkant ta’ Milan Noah Okafor. Napoli għandhom l-għażla li jixtru lill-plejer fis-sajf li ġej.

Mill-Premier League, Aston Villa kienu l-aktar tim impenjattiv fl-aħħar jum tat-trasferimenti hekk kif akkwistaw tliet plejers fl-aħħar ġurnata. L-ewwel li akkwistaw kien il-winger ta’ Manchester United Marcus Rashford li ssieħeb ma’ Villa b’self. Bl-istess mod issieħeb il-midfielder Spanjol Marco Asensio mingħand PSG. It-tim ta’ Unai Emery akkwista wkoll lid-difsenur ta’ Chelsea Axel Disasi.

Tottenham akkwista lil Mathys Tel mingħand Bayern Munich bil-plejer ibiddel fehmtu wara li aktar kmieni din il-ġimgħa rrifjuta l-offerta ta’ Spurs.

West Ham wettqu akkwist importanti fl-attakk meta akkwista b’self lill-attakkant ta’ Brighton Evan Ferguson.