Lydan Debono rebaħ is-sitt unur tal-IZIBET Elite Athlete Award li jkopri x-xhur ta’ Novembru u Diċembru 2024. Lydan Debono ġie nkurunat Champion tad-Dinja tal-Blackball meta fil-finali tal-Kampjonati Dinjija tal-Blackball, li kienu qed isiru f’Malta, għeleb lill-Ingliż Dean Shields 10-5.
L-għan tal-IZIBET Elite Athlete Award huwa li jirrikonoxxi s-suċċessi miksuba mill-atleti lokali kull xahrejn.
Il-bord tal-għażla huwa magħmul minn ġurnalisti u osservaturi sportivi li se jkunu qed jevalwaw bir-reqqa l-kisbiet tal-atleti matul ix-xhur u jassiguraw li jkun hemm il-korretezza matul il-proċess kollu tal-għażla.
Dan l-unur jingħata flimkien mal-Għaqda Ġurnalisti Sports.
//= $special ?>