Lokali Qorti

Raġel magħruf fuq diversi każijiet ta’ natura sesswali mixli b’fastidju fil-konfront ta’ priġunier

Raġel minn Ħal Qormi li huwa magħruf għal għadd ta’ każijiet dwar avvanzi sesswali, t-Tnejn kien akkużat li ta fastidju lil priġunier u li wettaq atti mhux kunsenswali ta’ natura sesswali fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Anthony Pirotta ta’ 68 sena, kien akkużat ukoll li sar reċediv u li kiser ordni ta’ probation. L-Ispettur Gabriel Kitcher qal lill-Qorti li fit-22 ta’ Jannar, priġunier informa lill-uffiċjali li l-akkużat kien għamel avvanzi sesswali mhux mixtieqa kif ukoll kummenti mhux xierqa fiċ-ċella ma’ priġunier ieħor.

Inkiseb mandat ta’ arrest, iżda ttieħdet stqarrija biss wara li psikjatra kkonferma li investigazzjoni tista’ tkompli. L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi kollha. Inħarġet ordni ta’ protezzjoni favur l-allegata vittma.

L-Ispettur Gabriel Kitcher mexxa l-prosekuzzjoni bl-assistenza tal-avukat Miriayah Borg mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Għall-akkużat dehret l-avukat tal-għajnuna legali Julia Micallef Stafrace.