Lokali

Tmien Maltin se jispiċċaw deportati mill-amministrazzjoni ta’ Trump

Tmien Maltin jafu jispiċċaw imkeċċijin mill-Istati Uniti wara li sabu ruħhom fil-lista ta’ persuni li possibbilment jiġu deportati. Dan wara li l-President Amerikan Donald Trump qed joħroġ ordnijiet iebsin li jolqtu lil dawk kollha li m’għandhomx permess jgħixu fl-Istati Uniti.

Skont lista ppubblikata minn website fin-Niġerja, hemm persuni ġejjin minn 150 pajjiż illi jafu jiġu affettwati – fosthom anke ċittadini Maltin.

B’kollox, din l-ordni ta’ Trump mistennija taffettwa 1.4 miljun persuna.

L-aktar nazzjonalitajiet affettwati huma l-Messiku, il-Honduras, il-Guatemala u l-El Salvador.