Lokali

U-TURN OĦRA: Robert Abela issa qed jistaqsi jekk in-newtralità tpoġġix limitazzjoni fuq Malta

Wara kampanja sħiħa f’Ġunju li għadda jattakka lill-PN u lil Roberta Metsola – issa Robert Abela spiċċa għamel u-turn dwar in-newtralità.

Dan hekk kif qabel il-Kunsill Ewropew spiċċa jitfa’ dubji serji dwar in-newtralità. U għalkemm qal li ma rridux bħala pajjiż niġġieldu gwerer, hu qal li hemm bżonn diskussjoni nazzjonali dwar in-newtralità – ironikament, mingħajr il-popoliżmu.

Għal darba darbtejn, Abela insista ma’ TVM li jixtieq diskussjoni dwar ir-realtajiet li joħorġu mill-Kostituzzjoni tagħna.