Lokali

Erbat irġiel arrestati b’rabta ma’ traffikar tad-droga

It-Tlieta filgħodu, erbat irġiel Maltin ġew arrestati waqt operazzjoni ta’ sorveljanza mill-Pulizija b’rabta ma’ traffikar tad-droga fil-venda tal-karozzi tal-linja, fil-Belt Valletta.

Wara tfittxija li saret mill-Pulizija, fil-pussess tagħhom instabu 45 qartas ta’ sustanza
suspettata droga kannabis sintetika, allegatment lesti biex jiġu ttraffikati.

L-erba’ persuni ta’ 53 sena residenti Birżebbuġa, ta’ 54 sena residenti Wied il-Għajn, ta’ 55
sena residenti l-Marsa u ta’ 56 sena residenti Ħal Tarxien, qegħdin jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana għal aktar stħarriġ.