Sport Sport Ieħor

Falcons jikkonsolidaw posthom f’ras il-klassifika tas-Super League tal-Volleyball

It-tim tal-flyers għelbu lil Mġarr

Meta fi tmiem il-ġimgħa tkompla l-kampjonat Super League organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija, kien hemm il-konferma tal-leaders Falcons u rebħa wkoll għal Flyers. Bħas-soltu l-logħbiet saru fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera.

Fl-ewwel logħba kien it-tim ta’ Flyers li għeleb lil Mġarr 3-1. Flyers rebħu l-ewwel set 25-21 u t-tieni wieħed 25-10. Madankollu, tilfu t-tielet set 23-25 iżda għamlu reazzjoni u rebħu r-raba’ u l-aħħar set 25-14.

Fit-tieni partita kienu l-leaders Falcons li għelbu lil Birkirkara 3-0 bl-iskor ikun 25-14, 25-12 u 25-10. B’hekk huma kkonsolidaw posthom f’ras il-klassifika. 

Barra dan, is-Sibt saret partita waħda biss mill-Ewwel Diviżjoni. Hawnhekk kompliet il-mixja pożittiva tal-leaders Paola Executive Security li rebħu lil Birkirkara 3-0. Sa issa l-club Pawlist rebaħ il-partiti kollha tiegħu minn dan il-kampjonat. 

Ir-riżultati kollha 

Super league 

Flyers 3-1 Mġarr  

Falcons 3-0 Birkirkara 

L-Ewwel Diviżjoni

Birkirkara 0-3 Paola Executive Security 

Under 19

Depiro 3-0 Birkirkara

It-tim tal-Falcons għelbi lil Birkirkara 3-0