għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Alfredo Cachia Zammit, Żejtun.
Il-Pulizija marret fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Skoda Fabia misjuqa minn mara ta’ 58 sena residenti Ħaż-Żabbar u mutur Yamaha T115 misjuq minn raġel ta’ 66 sena residenti Bormla. Fuq il-mutur kien hemm ukoll mara ta’ 56 sena residenti Bormla.
Is-sewwieq u l-passiġġier tal-mutur ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>