Kurżitajiet Lokali

Il-programm PROFILI jilħaq il-100 profil

Illejla fi PROFILI, Bertu Camilleri

Il-programm PROFILI tal-lejla se jkun qed jilqa’ fi ħdanu l-100 profil. 100 profil li permezz tal-programm PROFILI sirna nafuhom ferm aħjar.

PROFIL din is-sena jinsab fir-raba’ staġun tiegħu u l-programm tal-lejla se jkun il-programm mija u wieħed. Matul dawn l-iskedi rajna numru ta’ personaġġi minn kull qasam tas-soċjetà li għenu u sawru s-soċjetà tal-lum u t’għada. 

Il-profil numru 100 fil-programm tal-lejla se jkun Bertu Camilleri. Bħal kull programm, il-profil se jkun esebit b’opportunità li nsiru nafuh aħjar – Mill-ħolm li wettaq għall-ġid li għamel ma’ bosta boxers Maltin u Għawdxin. Żgur mhux forsi li Bertu Camilleri, still u champion tal-boxing ma sabx diffikulta biex jaqsam l-esperjenzi tiegħu għal matul dan il-programm.

PROFILI se jixxandar illejla fit-8.30pm u għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul u muntaġġ ta’ Beverly Abela. Wieħed jista’ jsegwi wkoll PROFILI kemm fuq Spotify u anki fuq YouTube.