In-nursey ta’ Fgura United hija waħda mill-iżjed nurseries attivi fil-Gżejjer Maltin, u għal darb’oħra din in-nursery qed tagħti opportunità lit-tfal u liż-żgħażagħ mhux biss biex ikomplu jitħarrġu fil-futbol, iżda anke jitgħallmu iktar ħiliet u jitkellmu fuq il-bżonnijiet tagħhom.
Fgura United FC qed jintroduċi l-kunċett ta’ Club 90 – Fgura United FC Player’s Council. Din l-inizjattiva qed tagħti l-vuċi lill-plejers ‘il fuq minn 10 snin biex jaqsmu l-ideat tagħhom u jkunu ta’ influwenza fid-deċiżjonijiet tal-klabbs Maltin. Permezz ta’ dan il-kunsill, il-plejers u t-tfal involuti se jkollhom l-opportunità li jiddiskutu dak li jridu jaraw fil-futbol Malti, jirrappreżentaw lil sħabhom, u jagħmlu differenza fil-komunità tal-futbol.
//= $special ?>