Numru ta’ kumpaniji lokali diġa’ daħlu fis-seħħ iż-żidiet fuq il-prezzijiet tal-fliexken. Dan wara li l-Prim Ministru ma kellux saħħa ibiddel id-deċiżjoni li ttieħdet mill-BCRS fl-aħħar jiem.
Kien is-sit NetNews.com.mt illi żvela kif mill-1 ta’ Frar bdew jidħlu fis-seħħ dawn iż-żidiet.
Kif konna ħabbarna, il-konsumatur se jkollu jħallas l-ispiża kollha ta’ din it-taxxa addizzjonali fuq kull flixkun – flus li mhux se jinġabru lura mill-magni tal-BCRS.
Intant, illum, it-Times irrappurtat li kemm il-kumpanija H2Only kif ukoll il-kumpanija Huskie kkonfermaw li ma kellhomx triq oħra ħlief li jżidu l-prezzijiet tal-prodotti tagħhom.
//= $special ?>