Sport

Kwalifikazzjoni għas-Singapore Smash

Il-plejer ta’ MITTC Kim Taehyu, irnexxielu jikkwalifika mal-aqwa plejers tad-dinja tat-table tennis meta wasal sar-round ewlieni tad-doubles u se jkun qed jirrappreżenta lil Malta, f’Singapore.

Hu ltaqa’ mal-eks stilla Maltija Simon Gerada li llum il-ġurnata qed imexxi lill-Awstralja.

Singapore Smash hu l-ogħla kategorija ta’ logħob organizzat mill-World Table Tennis (WTT) fejn l-aqwa plejers jikkompetu kontra xulxin.

Din hi t-tieni okkażjoni li Taehyun irnexxielu jikkwalifika f’isem Malta. Fil-logħba, hu se jilgħab mal-kollega mill-Indja Mudit Dani u jkunu qed jiltaqgħu kontra l-plejers Brażiljani Viktor Ishiy u Guillherme Teodoro..