F’laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew dwar id-Difiża, il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, spjegat il-viżjoni tagħha dwar kif l-Ewropa tista’ u trid issaħħaħ is-sigurtà u d-difiża tagħha stess.
Hi spjegat li huma l-għanijiet tal-UE li jrid ikollhom aktar azzjoni, aktar finanzjament u aktar kooperazzjoni,.
“L-ewwel, irridu nagħmlu aktar biex nipproteġu l-Ewropa. Imbagħad, irridu nagħmlu aktar biex inħallsu għall-protezzjoni. Ma jagħmilx sens li l-Ewropa għandha 178 sistema ta’ armi differenti, meta l-Istati Uniti għandhom 30.”
“L-aħħar, irridu nikkordinaw aħjar.”
“Difiża, kummerċ u realtà politika huma l-aspettattivi għolja tagħna.” Hi kompliet li rridu nkunu lesti biex nirrispondu b’effettività, b’saħħa u anke drastikament. L-Ewropa trid tkun responsabbli għas-sigurtà tagħha stess. Ħadd ieħor mhux se jagħmel dan għalina, saħqet Roberta Metsola lill-Kunsill Ewropew dwar id-Difiża.
//= $special ?>