Sport

L-ikbar rebħa fil-Maltese Cross Futsal Cup

LiverMalt kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata fil-kompetizzjoni l-ġdida bl-isem ta’ Maltese Cross Futsal Cup li qed tiġi organizzata mill-Futsal Malta Association.

LiverMalt rebħu 21-1 kontra Swieqi United Futsal f’logħba minn sezzjoni A. Mill-istess grupp, University of Malta kisbu rebħa oħra kbira ta’ 16-0 kontra Malta Matadors filwaqt li Marsaskala rebħu 7-2 kontra COL Magic.

F’sezzjoni B, St Andrew’s rebħu lil Gżira United SC Futsal 5-2 b’Santa Margerita li għelbu lil AFC Super 8-4. Mill-istess grupp, Ħamrun SC Futsal rebħu 8-2 kontra Blackballs

The Maltese Cross Futsal Cup qed issir sakemm ikun hemm il-waqfa mill-Enemed Futsal League minħabba l-impenji tat-tim nazzjonali Malti fir-round ewlieni tal-Kampjonat Ewropew tal-Futsal.

Tnax-il tim se jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni innovattiva fejn se jkunu maqsuma f’żewġ gruppi.

L-ewwel żewġ timijiet minn kull grupp jgħaddu għas-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni. Il-logħob qed isir fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, f’Pembroke, u fil-Padiljun ta’ De La Salle, fil-Kottonera.