Il-poplu Żvediż jinsab taħt xokk qawwi wara l-konferma li mietu talanqas għaxra waqt sparatura rari fi skola….Dan sar magħruf sigħat wara li aggressur kien daħal fl-iskola, fil-belt ta’ Orebro, u spara għal min inzerta quddiemu….Attakk li ħalla wkoll numru ta’ midruba.
Ir-rapporti minn fuq il-post tal-inċident għadhom deħlin u meta kollox qed jindika — għalkemm mhux ikkonfermat — li l-aggressur jinsab fost numru ta’ feruti li ttieħdu l-isptar b’urġenza
L-iskola kienet ilha għal dawn is-sigħat bħala xena ta’ paniku waqt li l-pulizija kienu qed ifittxu qalb il-kwartieri tal-kumpless — u fejn kienet għaddejja l-evakwazzjoni tal-għalliema u l-istudenti.
L-attakk kien seħħ ftit qabel l-istudenti kellhom itemmu l-lezzjonijiet u l-uffiċjali, bħalissa, qed iħeġġu lir-residenti fiz-zona biex iżommu ‘il bogħod mill-bini inkwistjoni. F’dawn is-sigħat ukoll, ħafna mill-istudenti kienu nżammu magħluqin fid-diversi partijiet tal-iskola għas-sigurtà tagħhom.
L-inċident, fi kliem il-pulizija, qed jitqies bħala attentat ta’ qtil minn persuna armata li anki kellu l-ħsieb li jagħti n-nar lill-iskola.
Intant, il-post tal-isparatura jservi bħala ċentru għat-tagħlim tal-adulti li ma jkunux komplew l-iskola fuq livell primaru jew sekondarju.
Fl-aħħar ħinijiet tkellem ukoll il-Prim Ministru tal-Iżvezja, Ulf Kristersson li fisser l-isparatura f’Obrebro bħala ‘inċident tassew ikrah li jweġġa l-qalb ta’ kull Żvediż.’
//= $special ?>