lbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Palma, Raħal Ġdid.
Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 68 sena residenti Raħal Ġdid, intlaqat minn Renault Clio li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 44 sena, ukoll residenti Raħal Ġdid.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar
tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>