Il-Prim Ministru Robert Abela għal darba oħra għamel U-turn u waqgħet il-maskra tal-gideb tiegħu, din id-darba dwar id-difiża u n-newtralità ta’ Malta.
Dan qalu l-PN fi stqarrija maħruġa mid-deputati Beppe Fenech Adami, u Darren Carabott, kif ukoll is-Segretarju Internazzjonali Beppe Galea.
Lejliet l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Robert Abela għażel li jivvinta gidba oxxena fuq il-Partit Nazzjonalista u l-esponenti tiegħu biex jipprova jbellagħha lin-nies li l-PN favur il-gwerra – dan kollu għax il-PN qabel li hemm bżonn ninvestu iktar fuq id-difiża ta’ pajjizna u li n-newtralità tkun interpretata skont ir-realtà tal-lum il-ġurnata.
Issa, ironikament, Robert Abela qed jgħid eżatt l-istess ħaġa li l-PN dejjem qal, li għandna bżonn ninvestu iktar fid-difiża u li Malta ma tistax tinterpreta n-newtralità b’mod statiku u għandha tħares lejn ir-realtajiet ġeopolitiċi tal-lum.
Fi kliem ieħor, Robert Abela reġa’ nkixef. Għamel U-turn oħra – u llum qed jgħid eżattament dak li qabel kien jattakka.
Għal kuntrarju ta’ Robert Abela, il-Partit Nazzjonalista dejjem kien konsistenti u ma jbiddilx il-pożizzjoni tiegħu biex jipprova jirbaħ ftit punti lejliet elezzjoni, biex imbgħad wara jgħid eżattament l-oppost.
Il-poplu Malti jistħoqqlu tmexxija b’viżjoni u mhux Prim Ministru li l-ħin kollu jgħid ħaġa llum u oħra għada, skont kif jaqbel lilu.
//= $special ?>