Matul ir-rabaʼ kwart tal-2024, l-istokk tal-vetturi bil-liċenzja żdied bʼ2,518 fuq it-tliet xhur taʼ qabel. Fl-istess perjodu, l-istokk tal-vetturi bil-liċenzja żdied b’medja netta taʼ 27 vettura kuljum.
Il-biċċa l-kbira tal-vetturi bʼliċenzja ġdida, 3,580 jew 63.4 fil-mija tat-total, kienu karozzi tal-passiġġieri; warajhom kien hemm il-muturi/roti megħjunin bʼenerġija elettrika b’1,082 jew 19.2 fil-mija.
Fi tmiem Diċembru 2024, l-istokk tal-vetturi liċenzjati laħaq l-445,711.
Minn dan l-għadd, 74.1 fil-mija kienu karozzi tal-passiġġieri, 14.3 fil-mija kienu vetturi kummerċjali jew agrikoli u 10.9 fil-mija kienu muturi/roti megħjunin bʼenerġija elettrika, scooters li jitħaddmu bl-elettriku, muturi b’erba’ roti, u ATVs.
Ix-xarabanks u l-minibuses ammontaw għal anqas minn wieħed fil-mija. Fit-tliet xhur mitqiesa fʼdin l-istqarrija, l-istokk tal-vetturi liċenzjati żdied bʼrata medja netta taʼ 27 vettura kuljum.
//= $special ?>