Internazzjonali

Franza: Il-Prim Ministru Bayrou isalva mit-tieni vot ta’ sfiduċja f’xahrejn

François Bayrou, il-Prim Ministru Franċiż, salva minn vot ta’ sfiduċja li sar ftit tal-ħin ilu f’Pariġi.

Il-vot biex iwaqqa’ lill-Gvern Franċiż preżenti (għat-tieni darba f’xahrejn) kien destinat li jfalli wara li ma appoġġjawhx is-Soċjalisti Franċiżi u d-deputati estremisti tal-lemin.

Id-deċiżjoni tal-Partit Soċjalista biex ma jappoġġjax il-mozzjoni kontra Bayrou infurjat lis-sieħba tax-xellug mal-Front Popolari Ġdid (NFP) – u bil-potenzjal li tispiċċa, ‘il quddiem, l-alleanza (fl-Assemblea) tal-partiti li rebħu l-aktar siġġijiet fl-aħħar elezzjoni ġenerali fi Franza.

Il-Partit LFI (Franza Soda) tax-xellug radikali, nhar it-Tnejn, ippreżenta żewġ mozzjonijiet ta’ sfiduċja, immedjatament wara li Bayrou kien uża klawsola kostituzzjonali magħrufa bħala “49.3” biex jgħaddi l-abbozzi ewlenin relatati mal-baġit mill-Assemblée Nationale (Parlament) mingħajr proċess ta’ votazzjoni.

Intant, Jean-Luc Mélenchon, bħala l-Kap tal-LFI leader, issa qed jindika biċ-ċar li d-deċiżjoni tas-Soċjalisti biex ma jappoġġjawx dawn il-mozzjonijiet, għandhom iwasslu għat-tmiem tal-imsemmija alleanza tal-partiti fil-Parlament.

Il-vot ta’ fiduċja fallut kellu wkoll l-appoġġ tal-Ħodor u l-komunisti — u bl-aħħar żviluppi f’Pariġi jfissru li l-pjan tal-Gvern dwar il-baġit nazzjonali spiċċa adottat b’mod awtomatiku