Il-Pulizija Belġjana qed tfittex għal xi rġiel armati wara li seħħet sparatura fi stazzjon tal-metro fiċ-ċentru ta’ Brussell matul ir-rush hour.
L-aħħar rapporti qalu li l-irġiel – lebsin l-iskufji biex jaħbu wiċċhom — inqabdu fuq il-kameras huma u jġorru l-azzarini kalashnikov.
L-inċident, sadanittant, seħħ fid-daħla għall-istazzjon ta’ Clémenceau u l-pulizija ta’ Brussell, wara, qalu li s-suspettati kienu ħarbu lura fil-metro u ‘fejn x’aktarx baqgħu jduru qalb il-mini ta’ taħt l-art’.
Issemmiet il-possibbiltà li kien hemm aktar minn żewġ irġiel armati u waqt li għaddejja t-tfittxija għalihom, il-pulizija tennew li huma mhumiex lesti li jissugraw iż-żejjed minħabba l-potenzjal perikoluż tal-individwi konċernati.
Is-sitwazzjoni, bħalissa, qed tissemma bħala waħda ‘fluwida’.
//= $special ?>