Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar
Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal fil-parlament li l-gvern m’għandux rieda u interess ġenwin biex l-iżvilupp ikun sostenibbli.
Robert Cutajar qal li r-rapport dwar l-Iżvilupp Sostenibbli qed jitressaq sena tard fi żmien meta mhemmx riga biex il-pajjiż ikollu żvilupp sostenibbli.
Hu kompla li ftit ġranet ilu fil-Mellieħa saret protesta biex jitwaqqaf proġett bla bżonn li se jifga lir-residenti għaliex il-gvern m’għarafx ikun sod biżżejjed ma min għamillu l-presjsoni biex issa se jsir monstru ta’ binja.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li kien jistenna li d-deputati Laburisti eletti mit-12-il distrett ikunu mar-residenti jipprotestaw favur ambjent iktar san iżda ħadd minnhom ma kien preżenti għal din il-protesta.
Dan meta l-ambjent għandu rwol tant importanti b’deċiżjonijet li jħallu impatt fuq il-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Hu qal li tliet snin ilu kien talab laqgħa mal-Prim Ministru u mal-Ministru Miriam Dalli iżda ma sar xejn. Dan il-proġett se jeffettwa b’mod negattiv il-kwalità tal-ħajja tal-Melliħin.
Skont l-Aġenza Ewropa Ambejnt, fl-Ewropa jmutu 250,000 persuna minħabba nuqqas fil-kwalità tal-arja u f’Malta jmutu 250 persuna. Dan minbarra persuni oħra li jmutu bl-ażma.
Robert Cutajar semma’ li hawn problema kbira ta’ nuqqas ta’ infurzar anki fl-imwejjed u s-siġġijiet li jinħarġu barra r-ristoranti. Il-gvern m’għandux rieda u interess ġenwin biex l-iżvilupp ikun sostenibbli, sostna Robert Cutajar, li kompla li t-toroq qed idmu perjodu twal biex jitlestew.
Hu tkellem dwar l-obeżità u qal li Malta hi fost tliet pajjiżi bl-iktar tfal obeżi. Dan juri kemm il-gvern m’għandux l-istrateġija biex jikkumbatti din il-problema li tiswa flejjes kbar lill-pajjiż għaliex tikkaġuna problemi ta’ saħħa.
Robret Cutajar qal li l-MTA hi biss rubber stamp li tapprova l-permessi bla ma tikkunsidra l-impatt fuq iċ-ċittadin; propju għalih il-gvern jinteressah biss in-numri. Hu kompla li l-liġi dwar it-turiżmu ilha skaduta s-snin u jeħtieġ li din tkun aġġornata.
Id-deputat Nazzjonalista qal li suppost kellu jkun il-gvern li jiddiskuti l-għoli tal-ħajja iżda issa hi l-Oppożizzjoni li ressqet mozzjoni biex il-problema tkun diskussa. Hu semma’ l-proposti li qed jagħmel il-PN dwar dan is-settur biex din il-problema tkun trattata.
//= $special ?>