Lokali

Il-Professur Tonio Borg jippreżenta kopja tal-ktieb dwar il-kostituzzjoni lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola

L-Eks Kummissarju Ewropew u Eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Tonio Borg ippreżenta kopja tal-ktieb The Constitution at Sixty lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

Il-ktieb miktub minn Borg flimkien mal-lettur Ingliż John Stanton mill-Università ta’ City of London, ippubblikaw dan il-ktieb dwar is-60 sena ta’ Kostuzzjoni Maltija, kostituzzjoni li minn meta pajjiżna kiseb l-Indipendenza ftit li xejn inbidel minnha, daqslikieku ffriżat maż-żminijiet.

Dan il-ktieb jinkludi sensiela ta’ kitbiet minn letturi u professjonisti fil-liġi.

Fil-ktieb ġie spjegat fost oħrajn li l-Kostituzzjoni ta’ Malta, tiggarantixxi, fost l-oħrajn, id-drittijiet tal-bniedem.