Tħabbru l-ewwel tmien finalisti għall-Malta Eurovision Song Contest tas-Sibt li ġej. Dan wara li tnax-il kanzunetta ġew interpretati f’serata li kienet ippreżentata minn Davide Tucci, Valentina Rossi, u Pauline Agius.
It-tmien kanzunetti li għaddew għall-finali huma:
- Raquela: Silenced
- Adria Twins: Qalb ma’ Qalb
- Justine Shorfid: Still I Rise
- Victoria: Juno
- Kurt Calleja: AZIZ/A
- Mark Anthony Bartolo: Hideaway
- Kristy Spiteri: Heaven Sent
- JVF: Festa (No Time for Siesta)
Is-semifinalisti waqt is-serata li saret f’Ta’ Qali fl-MFCC taw ġieħ ukoll lill-mibki Joe Grech, li miet fit-30 ta’ Diċembru li għadda fl-età ta’ 90 sena, billi kantaw il-kanzunetta ikonika ‘Marija l-Maltija’ li kienet il-kanzunetta tad-debutt għal pajjiżna fil-Eurovision lura 1971.
Il-konkors issa jkompli bit-tieni semifinali nhar il-Ħamis, bi tmien finalisti oħra jkunu kkonfermati. Il-finali se tinkludi sittax-il kanzunetta oħra, li jiżvelaw ir-rappreżentant ta’ Malta għad-69 Eurovision Song Contest f’Basel, l-Isvizzera.
//= $special ?>