Lokali

Il-funeral ta’ Monsinjur Victor Grech se jsir nhar is-Sibt li ġej

Il-funeral mill-Istat ta’ Monsinjur Victor Grech se jsir nhar is-Sibt li ġej, 8 ta’ Frar.

Il-quddiesa praesente cadavere se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-10:30am u se tkun ikkonċelebrata minn Monsinjur Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta.

Apparti minn hekk, is-Sibt se tkun dikjarata ġurnata ta’ luttu.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana se jkun qed jikteb uffiċjalment lis-Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi u Kapijiet tal-Entitajiet Pubbliċi biex is-Sibt il-bnadar fuq il-binjiet pubbliċi jittajru mezz’asta.