Lokali Parlament

Is-sena l-oħra inħarġu 33,455, permess ta’ residenza

Minbarra t-totaltà 4,741 permess ta’ residenza – skont l-aħħar data miġbura minn Identità dwar n-numru ta’ permessi ta’ residenza għall-ewwel darba lil persuni li ġew minn pajjiżi terzi – turi li s-sena l-oħra inħarġu total ta’ 33,455, permess ta’ residenza. Minnhom 4,073 huma relatati mal-Malta Permanent Residence Programme (MPRP), Malta Residency and Visa Programme (MRVP), Malta Residency and Visa Programme u l-iskema NOMAD. Fl-istess żmien skadew u/jew ġew revokati 25,433 permess ta’ residenza għall-TCNs u 52,661 ġew imġedda.

Dan ikkonfermah il-Ministru Byron Camilleri fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami li staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jgħid kemm inħarġu permessi ta’ residenza għall-ewwel darba lil persuni li ġew minn pajjiżi terzi (TCN) matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar?

Il-Ministru Byron Camilleri wieġeb li fis-sena 2024 il-popolazzjoni f’Malta, u l-permessi ta’ residenza ta’ persuni barranin, kemm dawk li ġejjin minn l-Unjoni Ewropea u dawk minn barra l-Unjoni Ewropea stabbilizzat.

Hu qal li meta wieħed iqabbel il-figuri tal-31 ta’ Diċembru tas-sena 2023 mal-31 ta’ Diċembru tas-sena 2024 mas-sena ta’ qabel, jirriżulta li ż-żieda netta ta’ permessi ta’ residenza validi għal persuni ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea (third country nationals) fl-2024 maħruġa minn Identita’ kienet ta’ 668.

Fl-istess perjodu wkoll kien hemm żieda ta’ 4,073 permess ta’ residenza, maħruġa wkoll minn Identità wara process ta’ Residenza Malta relatati ma’ Malta Permanent Residence Programme (MPRP), Malta Residency and Visa Programme (MRVP), Malta Residency and Visa Programme u l-iskema NOMAD.

Hu qal li fl-2024, l-Aġenzija ġġenerat aktar minn €132 miljun fl-ekonomija Maltija.

Il-programm ta’ residenza b’investiment – il-Malta Permanent Residence Programme (MPRP) is-sena l-oħra laqa’ 1,500 applikazzjoni u ġġenera €46 miljun fil-Fond Konsolidat, €50 miljun f’kuntratti ta’ kiri fuq bażi ta’ ħames snin u €36 miljun f’xiri ta’ proprjetà. Fl-2024, in-Nomad Residence Permit laqa’ 1,031 applikazzjoni. B’salarju annwali medju ta’ €76,000 dawn in-Nomadi għandhom potenzjal ta’ nfieq sinifikanti.

Il-Ministru Camilleri qal li huwa stmat li nefqa konservattiva ta’ €5 miljun minn madwar 542 Nomadu f’pajjiżna fl-2024. Jirriżulta illi l-permessi netti ta’ document ta’ residenza validi fis-sena 2024 għal EU & EEA/Swiss naqas b’2,227 permess ta’ residenza.

Waħda mill-miżuri proposti fil-Malta Labour Migration Policy hija illi kwalunkwe vakanza tax-xogħol jeħtieg tkun irriklimata l-ewwel fuq is-sit ta’ Jobsplus għall-Maltin u anke fuq is-sit ta’ EURES għaċ-ċittadini Ewropej.

Minbarra t-totaltà 4,741, skont l-aħħar data miġbura minn Identità dwar n-numru ta’ permessi ta’ residenza għall-ewwel darba lil persuni li ġew minn pajjiżi terzi turi li s-sena l-oħra inħarġu total ta’ 33,455, li minnhom 4,073 huma relatati mal-Malta Permanent Residence Programme (MPRP), Malta Residency and Visa Programme (MRVP), Malta Residency and Visa Programme, u l-iskema NOMAD. Fl-istess żmien skadew u/jew ġew revokati 25,433, permess ta’ residenza għall-TCNs, u 52,661 ġew imġedda.

Dan ma jinkludix dawk li kien hemm bidla fit-tip ta’ permess jew kellhom permess li huwa ta’ aktar minn sena waħda.

Fir-rigward ta’ persuni ġejjin minn pajjiżi fl-EU, s-sena l-oħra nħarġu total ta’ 5,811 dokument ġdid ta’ residenza, skadew jew ġew revokati 6662 permess u ġew imġedda 4310. Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi EEA ma għandhomx bżonn permess ta’ residenza biex jirrisjedu f’Malta.

Dawn jinħarġilhom ċertifikat ta’ reġistrazzjoni f’forma ta’ dokument ta’ residenza. Id-Direttiva għal Moviment Ħieles tobbliga lil kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea biex jikseb ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jekk ikun se joqgħod aktar minn tliet xhur f’Membru Stat u ma tobbligax lil dawn il-persuni biex jikkanċellaw iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni meta ma jibqgħux jgħixu f’Malta.

Dan ifisser li n-numru ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea li attwalment jgħixu f’Malta bħalissa huwa anqas minn dak indikat fl-istatistika dwar id-dokumenti.

Din id-data titqies bħala data preliminari, li tista’ tiġi riveduta fiż-żmien li ġej hekk kif aktar informazzjoni tiġi konkluża, sostna l-Ministru Camilleri.