L-għaqda mhux governattiva, Coast is Clear wettqet ħidma sabiex ittellgħu mat-3.25 tunnellata (ekwivalenti għal 3,225 kilogramma) ta’ skart minn qiegħ il-baħar viċin Manoel Island.
Il-ħidma kienet tinkludi numru ta’ għaddasa li niżlu fil-baħar u jtellgħu ammont sew ta’ skart miz-zona magħrufa bħala Lazzaretto sa Manoel Island. L-iskart li nġabar kien jinkludi 2,260 kilogramma ta’ metall, 890 kilogramma ta’ tires, u 65 kilogramma ta’ ħġieġ.
Ħidma li involviet is-sapport ta’ Calypso Sub Aqua Club, The Alfred Mizzi Foundation, St John Ambulance & Rescue Malta u MIDI sabiex setgħet tkun waħda ta’ suċċess.
Iz-zona ta’ fejn sar dan it-tindif kienet isservi bħala sptar u faċilità ta’ kwarantina qabel ġiet abbandunata fis-snin sebgħin. Minn dak iż-żmien ‘il hawn, diversi persuni għażlu li jarmu l-iskart tagħhom, inkluż dak goff, b’mod illegalment qrib din il-faċilità u anke fil-baħar.
L-għaqda ilha għal dawn l-aħħar snin taħdem sabiex il-Gżejjer Maltin u l-baħar ta’ madwar jitnaddaf mill-iskart li jintrema filwaqt li tqajjem għarfien dwar rimi ta’ skart illegalment.
Ritratti: Coast is Clear
//= $special ?>