Lokali

Konrad Mizzi konvint li se jirbaħ il-kawża ta’ 17 Black

L-eks Ministru Laburista Konrad Mizzi għadu konvint bit-tanker tal-gass u l-proġett illi fassal il-Gvern Laburista. Dan qalu lil-LovinMalta fi tmiem is-seduta tallum, b’Mizzi jinsisti li se jirbaħ din il-kawża tas-17 Black.

Mistoqsi jekk hemmx korruzzjoni fil-proġett tal-Electrogas, Konrad Mizzi deher viżibbilment skomdu. U aktar tard, irrefera lill-ġurnalist tal-LovinMalta għall-istqarrijiet li għamel hu fil-passat.

L-eks-chief of staff f’Kastilja Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi ġew akkużati b’ċitazzjoni l-Erbgħa filgħodu dwar pjanijiet biex jirċievu flus mill-kumpanija 17 Black, proprjetà ta’ Yorgen Fenech.

Is-seba’ persuni li tressqu wieġbu kollha mhux ħatja tal-akkużi kollha miġjubin kontrihom.