Adrian Delia, PN
Ix-Shadow Minister għs-Saħħa Adran Delia qal fil-Parlament f’Ottubru 2019, li l-Parlament kollu qabel fuq emerġenza tal-klima u għalhekk din għandha tingħata prijorità. Hu qal li minkejja li l-pajjiż għadu f’din l-emerġenza, ma ttieħdu l-ebda passi.
Adrian Delia sostna li Malta għandha fost l-agħr kwalità tal-arja fl-UE iżda r-rapport dwar l-iżvilupp sostenibbli ma jirrikonoxxix dan il-fatt. Jirriżulta li l-użu tal-persuni li jużaw it-trasport pubbliku qed jikber iżda dan mhux qed isir għaliex in-nies qed inaqqsu l-użu tal-karozzi privati iżda għax hawn iktar nies fil-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li d-dipartimenti mhumiex jagħmlu l-qabża ambjetnali fl-isfrastruttura tal-vetturi tal-elettriku li għandhom jużaw.
Hu tkellem fuq l-importanza li l-pajjiż ikun mgħammar biżżejjed b’din l-infrastruttura biex il-poplu juża l-vetturi elettriċi u għandu jun stabbilit jekk din hijiex l-iktar teknoloġija avvanzata li tista’ tintuża. Dwar l-istorbju, hu qal li hawn inħawi u rħula li qed ibatu minn disturb minn attivitajiet ta’ divertiment li jdumu sa kmieni filgħodu. F’dan ir-rigward mhux isir biżżejjed, sostna Adrian Delia.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hawn problema kbira dwar l-ilma għaliex l-ilma tal-pjan sofra attakki kbar minħabba l-iżvilupp, tant li fi ftit snin oħra se jkun hemm biss salmura li titella’. Dan se jaffettwa anki l-biedja minbarra l-ilma li jittella’.
Adrian Delia kompla li l-gvern ta €700 miljun lil Project Green, iżda l-istatistika turi li s-sena li għaddiet kien hemm biss 8,000 siġra li tħawlu. Dan, kien iktar mis-sentejn ta’ qabel iżda dan juri minn dawn il-miljuni investiti, ma sar ebda proġett maġġuri ta’ afforestazzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista qal li sentejn ilu d-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo ppreżenta mozzjoni dwar il-ħela ta’ ikel, iżda din għadha ma tresssqitx mill-gvern.
//= $special ?>