Melita Limited ipprovdiet aktar minn €50,000 bħala appoġġ lil firxa ta’ għaqdiet tal-karità u NGOs matul dawn l-aħħar tnax-il xahar. Dan l-appoġġ iżid mal-ħidma ta’ Melita Foundation li topera indipendentement mill-kumpanija u tat aktar minn €500,000 biex tappoġġja l-komunità.
L-organizzazzjonijiet appoġġjati minn Melita jinkludu: Caritas Malta, The Malta Community Chest Fund Foundation, Dar tal-Providenza, Hospice Malta, Richmond Foundation, Puttinu Cares u l-Multiple Sclerosis Society. Minbarra l-appoġġ finanzjarju, Melita tat ukoll donazzjonijiet ta’ ikel u tagħmir lil organizzazzjonijiet bħal Fondazzjoni Sebħ, Foodbank Lifeline Foundation u Dar Merħba Bik. Santwarji tal-annimali inklużi CSAF u AAA, alimentaturi tal-qtates madwar il-gżira bbenefikaw ukoll.
Kevin Borg, CCO ta’ Melita Limited, qal: “Melita dejjem kellha rwol importanti fl-appoġġ lejn is-soċjetà Maltija. Mill-provvista ta’ infrastruttura u konnettività avvanzata li tgħin lill-komunitajiet u n-negozji tagħna jirnexxu, sa appoġġ finanzjarju u materjali għal dawk li l-aktar għandhom bżonnha, aħna nibqgħu impenjati li ngħinu kemm nistgħu.”
//= $special ?>