Milan kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq Roma f’San Siro biex avvanzaw għas-semifinali tal-Coppa Italia. Tammy Abraham poġġa lil Milan fil-vantaġġ fis-17-il minuta u rdoppjaw minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima.
Artem Dovbyk naqqas id-distakk għal Roma, qabel kien l-akkwist il-ġdid ta’ Milan, Joao Felix, għamilhom 3-1 fis-70 minuta fuq pass ta’ akkwist ieħor Santiago Gimenez.
Ilbieraħ: Atalanta v Bologna 0-1
Illum: Milan v Roma 3-1